Ġabra ta' Immaġnijiet ta' Apple Maps
Apple qed twettaq stħarriġ fuq l-art b'vetturi madwar id-dinja biex tiġbor data ħalli ttejjeb Apple Maps u tappoġġa l-karatteristika Look Around. L-istħarriġ bil-vetturi jista' juża tagħmir immuntat fuq barra tal-vetturi kif ukoll iPhones, iPads, jew apparat ieħor ġewwa l-vetturi. Nistgħu nirrevedu u niġbru mill-ġdid perjodikament data f'xi wħud minn dawk il-postijiet fi sforz biex inżommu mappa ta' kwalità għolja u aġġornata. Apple qed twettaq ukoll stħarriġ b’sistemi portabbli f’żoni pedonali magħżula (pereżempju, ċerti toroq fil-Belt Valletta li ma jistgħux jgħaddu karozzi minnhom). Xi stħarriġ pedonali juża sistema ta' backpack biex jiġbor data li tista' tintuża direttament f'Apple Maps, bħal fil-karatteristika Look Around. Stħarriġ pedonali ieħor juża iPads, iPhones jew apparat ieħor biex jiġbor data għal skopijiet ta' titjib tal-mapep. Dan l-istħarriġ pedonali jippermettilna ntejbu u naġġornaw Apple Maps f'żoni fejn il-vetturi sempliċement ma jistgħux imorru filwaqt li nużaw l-istess protezzjoni tal-privatezza bħall-vetturi Apple Maps.
Waqt li qed nagħmlu dan l-istħarriġ, aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tiegħek. Pereżempju, se niċċensuraw uċuħ u pjanċi tal-vettura fuq l-immaġnijiet li jiġu ppubblikati f'Look Around. Jekk għandek kummenti jew mistoqsijiet dwar dan il-proċess, id-drittijiet tal-privatezza tiegħek, jew jekk tixtieq titlob li wiċċ, pjanċa tal-vettura, jew id-dar tiegħek stess jiġu ċċensurati, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Għal aktar dettalji dwar kif Apple Maps jipproteġi l-privatezza tiegħek ikklikkja hawn. Għal aktar dettalji dwar kif Apple Maps jipproteġi l-privatezza tiegħek ikklikkja hawn. Għal aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali ta' Apple jekk jogħġbok ara l-Politika ta' Privatezza ta' Apple fuq https://www.apple.com/legal/privacy/.